Friday, November 15, 2024

“Qed nitilfu sa 200 suldat kuljum għax il-livell tal-armata Ukrena huwa inferjuri għal dik Russa”

L-Ukreni jappellaw għall-għajnuna mill-pajjiżi tal-Punent

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Persuna f’kariga għolja qrib il-President Zelensky ikkonferma li l-Ukreni qegħdin jitilfu bejn 100 u 200 suldat kuljum.

Mykhaylo Podolyak qal li l-Ukrajna għandha bżonn issaħħaħ is-sistemi artillari tagħha sabiex tilħaq il-livelli tar-Russja fil-kamp tal-battalja fir-reġjun ta’ Donbas. Żied jgħid ukoll li Kyiv mhix lesta li tkompli bit-taħditiet ma’ Moska bit-tama li jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet sakemm ir-Russja ma ċċedix it-territorju li rebħet fl-invażjoni li bdiet fl-24 ta’ Frar li għadda.

Podalyak iddeskriva xeni ta’ tbatijiet kbar li għaddejjin minnhom l-Ukreni f’Donbas hekk kif ir-Russi qegħdin jibbumbardjawhom kontinwament bil-mira li jieħdu r-reġjun f’idejhom.

Filwaqt li appella għall-għajnuna mill-pajjiżi fil-Punent, huwa qal li n-nuqqas ta’ parità bejn l-armati taż-żewġ pajjiżi hija r-raġuni għalfejn ir-rata ta’ fatalitajiet hija daqstant kbira.

Ekonomija

Sport