Thursday, August 21, 2025

‘Qed nittama li ngħin lil Sirens FC jiksbu l-promozzjoni għall-Malta Premier’ – Joshua Agyemang

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall-futbol?

Bdejt nilgħab il-futbol meta kont żgħir meta skoprejt li kelli talent fil-futbol.

Kif ġejt tilgħab f’Malta?

Irċevejt kuntratt mingħand Mosta FC biex niġi nilgħab f’Malta.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Sirens FC fiċ-Challenge League?

Qed nittama li ngħin lil Sirens FC jiksbu l-promozzjoni għall-Malta Premier!

Iddeskrivi l-esperjenza issa passata tiegħek ma’ Mosta FC.

Kienet esperjenza fantastika ma’ Mosta FC. Kunt li għent lil dan it-tim jikseb post mat-Top 6 għal darbtejn konsekuttivi.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-Malta Premier huwa wieħed mill-ogħla livelli ta’ futbol professjonali fl-Ewropa.

U dak tal-grawnds fejn tilgħab il-logħob tal-kampjonat tiegħek?

Irrid ngħid li l-grawnds fejn nilagħbu l-logħob tal-kampjonat tagħna huma tajbin ħafna.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Ninsab ħerqan li jkolli karriera ta’ suċċess fil-futbol!

Għaddi messaġġ finali lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ li għandi lil dawk iż-żgħażagħ li huma lesti li jkollhom karriera ta’ suċċess fil-futbol huwa li għandhom jaħdmu iebes, jibqgħu ffukati u determinati u jemmnu wkoll fihom infushom!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport