Saturday, November 16, 2024

“Qgħad ta’ 50,000 persuna … konklużjoni ta’ rapport li l-gvern kellu fil-bidu tal-pandemija” – il-Ministru Silvio Schembri

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri meta għalaq id-dibattitu dwar l-estimi finanzjarji għal Ministeru tal-Ekonomija iddikjara l-gvern kellu rapport fil-bidu tal-pandemija li kien qed juri li jekk ma jsir xejn il-qgħad f’Malta bil-pandemija kien se jitla għal 50,000 persuna. 

Tenna li “dan hu budget li jersaq quddiem il-poplu, għax għandu fiduċja. fil-poplu bieżel tagħna. Dan għax matul is-snin faddalna u l-fiduċja li qed inroddu lura lill-poplu mill-kbir saż-żgħir. Dan hu budget li ħa ħsieb lil kulħadd. Il-Kummissjoni Ewropea, l-IMF u aġenziji ta’ kreditu, qed isemmu kif pajjiżna se jkun minn tal-ewwel li jirkupra mid-daqqa tal-pandemija. Mis-sena. d-dieħla se nibdew nesperjenzaw ukoll tkabbir”, tenna l-Ministru Schembri.

Kompla jgħid li “meta faqqgħet il-pandemija, il-Prim Ministru Robert Abela kien ippreżentali rapport li kien jgħid li jekk ma nagħmlu xejn konna se nesprjenzaw qgħad ta’ 50,000 persuna. Dan ifisser li kieku m’għamilniex l-intervent kien se jkollna 50,000 persuna li jispiċċaw bla xogħol. Din ma stajna qatt naċċettawha għax aħna gvern tal-ħolqien tax-xogħol.”

Ekonomija

Sport