Monday, December 23, 2024

“Qiegħed ngħin lill-umanità billi nagħmel aktar tfal”

Il-biljunarju sid “Tesla” u Space X”, Elon Musk, iwissi li hemm bżonn rati ta’ twelid għolja

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bħala missier ta’ sitt itfal, il-biljunarju Elon Musk juri li jemmen fis-sħiħ f’dak li jgħid. Sid il-kumpaniji ġganteski “Tesla” u “Space X” illum il-ġurnata għandu 50 sena u kien huwa li għamel appell lill-umanità biex issalva ċ-ċivilizzazzjoni tagħna billi jkun hemm aktar twelid ta’ trabi.

“M’hawnx biżżejjed nies. Hemm bżonn nenfasizza aktar li verament m’għandniex biżżejjed nies,” kien iddikjara Musk. Dan iċ-ċittadin mill-Afrika t’Isfel, li l-ġid tiegħu jammonta għal $300 biljun grazzi għall-manifattura ta’ karozzi elettriċi u l-kumpanija tal-ajruplani li għandu, qal lill-Kunsill tal-Kapijiet Eżekuttivi tal-“The Wall Street Journal” li, “waħda mill-akbar riskji li għandha l-umanità hija r-rata baxxa ta’ kemm jitwieldu tfal. Din qiegħda tonqos b’ritmu mgħaġġel ħafna”.

L-argument ta’ Musk huwa li hemm xi nies inkwetati li l-popolazzjon dinjija qiegħda tiżdied iżżejjed iżda skont huwa, fil-verità, jekk mhux se tiżdied ir-rata tat-twelid iċ-ċivilizzazzjoni tagħna se tispiċċa.

Huwa qal dan wara li l-uffiċċju tal-istatistika nazzjonali Indjan ħabbar li r-rata ta’ fertilità fil-pajjiż naqset minn 2.2 għal 2.0 f’perjodu ta’ sitt snin. Dan it-tagħrif imħabbar mill-Ministeru tal-Familja lokali juri li r-rata tat-twelid ideali f’dan il-pajjiż hija ta’ 2.1. 

Minkejja li l-Indja hija t-tieni l-aktar pajjiż ippopolat fid-dinja, il-Fondazzjoni tal-Popolazzjoni Indjana (PFI) qalet li l-Indja għandha tevita li tikkontrolla l-popolazzjoni wara li NFHS ikkonfermat li mhux minnu li hemm nies żejda fid-dinja. Barra minnhekk, l-aktar pajjiż popolat fid-dinja, li huwa ċ-Ċina, ukoll irrapporta tnaqqis fir-rata tat-twelid tiegħu. Fl-2020 din kienet inqas minn 1%, li hija l-aktar rata baxxa f’dawn l-aħħar 43 sena.

Elon Musk semma’ lis-sitt iben tiegħu – X AE A-12. Dan il-biljunarju għandu ħames subien mill-eks mara tiegħu Justine Wilson u l-aħħar wild huwa mill-għarusa tiegħu Grimes, li jisimha proprja Claire Boucher.

Ekonomija

Sport