Wednesday, October 9, 2024

“Queens of Soul” jattira madwar 12,000 persuna fuq il-Fosos tal-Floriana

Aqra wkoll

Madwar 12,000 persuna lbieraħ attendew għall-kunċert tal-orkestra tal-BBC bit-tema ‘Queens of Soul’ fuq il-Fosos tal-Floriana.

L-atmosferta fuq il-Fosos kienet waħda sabiħa mmens tant li kien hemm tifħir għall-organizzaturi. Ħadu sehem aktar minn 70 mużiċisti u tal-kantanti Marisha Wallace, Vanessa Haynes, u Gloria Onitiri, fost oħrajn. Fetħet il-kunċert, li sar għall-ħames darba, l-artista lokali Destiny.

Fost is-siltiet li spikkaw kien hemm dawk ta’ “River Deep Mountain High”, “One Moment in Time”, “We Don’t Need Another Hero”, “Goldeneye”, “I’m Every Woman”, “I Will Always Love You”, “Respect”, “I Wanna Dance With Somebody”, ‘Simply The Best” u oħrajn.

Il-kunċert tal-BBC Radio 2 u l-orkestra tal-BBC sar bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.

Sport