Monday, July 15, 2024

Żieda ta’ €60 fuq l-ewwel stipendju mal-BOV Club

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta nieda l-kampanja ta’ din is-sena tal-BOV Club bi tħejjija għas-sena skolastika post-sekondarja u terzjarja li jmiss. Din is-sena, studenti li jagħżlu li jissieħbu fil-BOV Club u jiftħu kont mal-Bank, se jirċievu €60 oħra malli jiġi kreditat l-ewwel stipendju fil-kont il-ġdid tal-BOV.

Il-pakkett finanzjarju tal-BOV Club imur lil’hinn minn sempliċiment kont bankarju konvenzjonali. Don joffri dinja ta’ servizzi bankarji għall-istudenti li se jibdew l-istudji tagħhom u jakkumpanjahom tul dan il-vjaġġ eċitanti. Il-pakkett jinkludi l-użu ta’ pjattaformi diġitali faċli biex tużahom bħall-BOV Internet u Mobile Banking li joffru aċċess għall-finanzi kull ħin u kullimkien. Joffri wkoll il-flessibiltà ta’ kartiera diġitali inkluż Apple Pay, Garmin Pay u Google Wallet, b’opportunità għall-istudenti li jagħmlu użu mill-aħħar teknoloġija b’konvenjenza ta’ ħlasijiet faċli, siguri u veolċi.

Dawk li jingħaqdu fil-BOV Club igawdu minn iżjed benefiċċji fosthom rati preferenzjali fuq self biex ikomplu jistudjaw jew biex jixtru karozza, jinvestu fi pjan ta’ tfaddil regolari jew jinnegozjaw stokks u ishma. Permezz ta’ dan il-pakkett, l-istudenti jistgħu jiffokaw fuq l-istudji tagħhom moħħhom mistrieħ li s-servizzi bankarji meħtieġa qegħdin hemm tul l-istudji tagħhom u lil’hinn.

Il-BOV Club huwa disponibbli għall-studenti fuq bażi full-time li għandhom bejn 16 u 30 sena u li se jibdew is-sena skolastika wara dan is-sajf. Il-benefiċċju ta’ €60 addizzjonali mal-ewwel stipendju japplika għal dawk li jiftħu kont bankarju mal-BOV u jagħżlu li jikkreditaw l-istipendju mal-Bank of Valletta. Applikazzjonijiet huma miftuħa permezz tas-sit https://join.bov.com. L-istudenti jintalbu jżuru l-eqreb fergħa tal-BOV darba biss fi tmiem il-proċess tal-applikazzjoni online, sabiex jattivaw il-kont. Iktar informazzjoni dwar il-BOV Club tinstab fuq is-sit https://www.bov.com/bov-club-student-package-0.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport