Thursday, November 14, 2024

Rabat Veterans u Birkirkara St Helen’s fil-finali tad-David Cluett Memorial Cup

Aqra wkoll

Se jkunu Rabat Veterans u Birkirkara St Helen’s li se jikkontestaw il-finali tad-David Cluett Memorial Cup meta rebħu s-semifinali rispettiva tagħhom.

Rabat Veterans ħasdu lill-holders MFPA u rebħulhom 5-4.

Ir-Rabtin għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari sa mill-bidu u bnew vantaġġ komdu għalkemm il-Malta Football Players Association wettqu reazzjoni li minkejja kollox ma kinitx biżżejjed.

Adam Smeir kien il-protagonista għall-Magpies meta skorja hat-trick b’Timothy Zammit u Gilbert Camilleri Lowell li żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

MPFA kellhom lil Alexander Ribic, Branko Nisevic, Michael Galea u Thomas Paris li sabu x-xibka.

Birkirkara St Helen’s kisbu rebħa tajba ta’ 6-2 kontra Gżira United Veterans.

Christian Caruana kien l-eroj għall-Karkariżi meta skorja tripletta filwaqt li Firaz Aboulezz skorja doppjetta. Ayrton Buhagiar għaqqad l-iskor għal Birkirkara St Helen’s.

Ian Zammit u William Camenzuli skorjaw għal Gżira.

Sadanittant il-finali bejn Rabat Veterans u Birkirkara St Helen’s se tintlagħab għada fil-grawnds ta’ Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ u tibda fis-7.30pm.

Ekonomija

Sport