Thursday, December 19, 2024

Rabja f’Pariġi wara li l-pulizija qatlu żagħżugħ li rrifjuta li jieqaf bil-karozza

Aqra wkoll

Matul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, fir-reġjun ta’ Pariġi, saru diversi protesti wara li l-pulizija sparaw u qatlu żagħżugħ ta’ 17-il sena wara li naqas milli jieqaf meta ordnat biex jagħmel dan mill-pulizija tat-traffiku.

Filmat li beda jiċċirkola fuq il-midja soċjali juru uffiċjal tal-pulizija jipponta pistola lejn ix-xufier tal-karozza, qabel instemgħet sparatura. Iż-żagħżugħ, li ġie identifikat bħala Naël M, miet kawża ta’ feriti f’sidru.

L-uffiċjal akkużat li sparalu baqa’ jinżamm arrestat fuq akkużi ta’ omiċidju. Skont il-gazzetta Le Monde, il-pulizija għall-ewwel issuġġeriet li ż-żagħżugħ kien saq għal fuqhom bl-intenzjoni li jweġġagħhom.

Iżda filmati wrew li l-każ seħħ differenti, fejn żewġ uffiċjali ppruvaw iwaqqfu l-vettura, b’wieħed minnhom jipponta l-arma tiegħu fid-direzzjoni tax-xufier mit-tieqa u jidher jispara hekk kif dan ipprova jsuq.

Fil-karozza kien hemm żewġ persuni oħra fil-ħin tal-isparatura, wieħed minnhom laħaq ħarab filwaqt li l-ieħor, ukoll minorenni, ġie arrestat u miżmum mill-pulizija.

Ekonomija

Sport