Sunday, May 19, 2024

Ara: 3 l-Isptar t’Għawdex wara ħabta fix-Xewkija

Aqra wkoll

Jirriżulta l-kundizzjoni tat-3 persuni li ddaħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ma hix waħda gravi, u fl-aħħar ħin ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

Aktar kmieni: Dan is-sit jinsab infurmat li tliet persuni kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tat-7:45 a.m. kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Burdin, ix-Xewkija, Għawdex.

Mill-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li seħħ impatt bejn żewġ vetturi: scammel misjuq minn raġel ta’ 65 sena residenti x-Xlendi, u trakk ieħor żgħir li kien misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti r-Rabat Għawdex. Passiġġier fl-ewwel trakk kien hemm raġel barrani li hu residenti Għawdex.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ ambulanzi li ħadu lit-tliet irġiel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Sorsi qrib dan is-sit ikkonfermawlna li x-xufier ta’ 65 sena jinsab f’qagħda kritika. Iż-żewġt irġiel l-oħra sofrew xi ġrieħi ħfief, però qed jinżammu l-Isptar għal iktar osservazzjoni.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li mistennija tinfetaħ inkjesta maġisterjali.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Sport