Tuesday, May 14, 2024

Rafael Leao fir-radar ta’ Manchester City

Aqra wkoll

Manchester City wiegħdu lill-manager Pep Guardiola li l-klabb se jagħmel tentattiv biex iġib lill-attakkant ta’ AC Milan, Rafael Leao, fl-Etihad Stadium.

Il-ġimgħa li għaddiet, tħabbar li Guardiola kien iffirma kuntratt ġdid mas-Citizens, li se jkun iżommu fit-tmun tal-klabb sa tmiem l-istaġun 2024-25.

Huwa mifhum li n-negozju tat-trasferimenti li jmiss ta’ Man City ġie diskuss waqt it-taħditiet ta’ tiġdid, bi Guardiola jrid ikun jaf il-pjanijiet tal-klabb għas-swieq tat-trasferimenti li ġejjin.

Sport