Friday, December 13, 2024

Rafael Nadal ibati minn qtugħ ta’ nifs fil-finali tal-Indian Wells

Aqra wkoll

It-tennista Spanjol, Rafael Nadal, sostna li sofra minn diffikultajiet fin-nifs fit-telfa tiegħu kontra l-Amerikan, Taylor Fritz, fil-finali ta’ Indian Wells.

Nadal, 35 sena, deher ‘il bogħod mill-forma solita tiegħu fejn malajr sab ruħu fi żvantaġġ ta’ 4-0 qabel ħareġ mill-court biex jingħata attenzjoni medika.  

Peró huwa deher fiżikament aħjar mar-ritorn tiegħu iżda b’mod gradwali beda jċedi biex Fritz ħareġ rebbieħ 6-3 7-6 (7-5).

“Kien diffiċli ħafna għalija li nieħu n-nifs. Meta bdejt nieħu n-nifs, bdejt inħoss uġiegħ qawwi u kont skomdu ħafna,” qal Nadal. 

“Onestament ninsab imdejjaq minħabba l-mod kif ma stajtx nikkompeti. Il-ħaġa li qed tinkwetani issa, hija dwar saħħti, x’għandi nagħmel issa biex nirkupra fil-ħin u nkun nista’ nieħu sehem fit-tournaments li ġejjin.”

TIRBAĦ SWIATEK – Il-Pollakka Iga Swiatek rebħet it-titlu femminili meta fil-finali għelbet lill-Griega, Maria Sakkara, 6-4 6-1, biex kompliet bil-bidu b’saħħtu din is-sena. Hija issa jinsab it-tieni fir-rankings tad-dinja.

Ekonomija

Sport