Saturday, December 21, 2024

Raġel armat b’arma taqta u bil-ponta jwettaq hold-up f’Bormla

Aqra wkoll

Illum, għal ħabta tas-6:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet  seħħet serqa minn ħanut fi Triq l-Oratorju, Bormla. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar jidher li raġel armat b’arma taqta u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; mara ta’ 36 residenti l Fgura. 

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri LL.D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri għadhom  għaddejjin. 

Ekonomija

Sport