Friday, August 22, 2025

Raġel arrestat b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ droga

Aqra wkoll

Taljan ta’ 29 sena ġie arrestat mill-pulizija wara li twettqet konsenja kkontrollata.

L-investigazzjoni bdiet meta ġie identifikat pakkett li kien ġej minn barra minn Malta, b’sustanza suspettata MDMA.

Nhar il-Ħamis filgħodu, il-pulizija qassmet dan il-pakkett fl-indirizz imniżżel fil-Gżira u arrestat lit-Taljan li ġabar l-pakkett.

Il-pakkett kien jikkonsisti f’madwar 4 kilogrammi MDMA, b’valur fit-triq ta’ €200,000.Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat Dr Y. Micallef Stafrace LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport