Diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ attivitajiet suspettużi bejn Malta u Għawdex, wasslu għall-arrest ta’ Kroat ta’ 45 sena, kif ukoll għas-sejba ta’ 76kg ta’ droga suspettata kokaina, b’valur fis-suq ta’ madwar id-€9 miljuni.
Nhar it-Tlieta, il-pulizija waqqfu vettura l-Port tal-Imġarr, Għawdex. Fi tfittxija fil-vettura fejn instabu 18-il kilogramma ta’ sustanza suspettata kokaina. It-tfittxijiet komplew fir-residenza fejn jgħix l-arrestat fix-Xagħra, fejn instabu 58kg oħra
sustanza suspettata kokaina, kif ukoll diversi pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi differenti.
Bis-sejba kienet infurmata l-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D li ħatret inkjesta Maġisterjali. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex illum, għall-ħabta tas-2:30 p.m., quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D.