Friday, December 13, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ tliet serqiet minn siti reliġjużi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, ġie arrestat b’rabta ma’ tliet serqiet minn siti reliġjużi fis-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ. L-operazzjoni kienet immexxija mill-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, bl-assistenza tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi.

Jidher li matul dan ix-xahar, ir-raġel sgassa santwarju u kappella fejn minnhom seraq diversi oġġetti u flus kontanti, kif ukoll seraq minn kaxxa tad-donazzjonijiet ta’ statwa.

L-investigazzjonijiet wasslu biex il-Pulizija identifikaw lir-raġel bħala l-allegat ħalliel li wettaq dawn is-serqiet, u lbieraħ filgħodu huwa ġie arrestat f’Ħaż-Żebbuġ.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo. 

Ekonomija

Sport