Raġel ta’ 33 sena ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ traffikar tad-droga.
Ir-raġel kien innutat fi Ġnien Patri Feliċjan Bilocca, il-Marsa u xħin induna bil-preżenza tal-Pulizija huwa ħarab jiġri minn il-post.
Ir-raġel ġie arrestat fi ftit mumenti u fil-pussess tiegħu nstabu diversi qratas b’sustanzi suspettati droga sintetika u kannabis kif ukoll ammont ta’ flus.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.