Saturday, May 4, 2024

ARA: Raġel akkużat bil-qtil involontarju ta’ nanntu attakkat mill-klieb tiegħu fl-Imsida

Aqra wkoll

Il-breeder tal-klieb Andrea Galea spiċċa attakkat mill-klieb tiegħu stess barra mir-residenza tiegħu fi Triq Antonio Sciortino fl-Imsida. 

YouTube video

Skont ma’ qiegħda tirrapporta The Times of Malta, ir-raġel jidher li sofra ġrieħi sostanzjali f’idejh u f’wiċċu tant li ritratti tal-istess sit juru dmija mxerrdin kemm mal-faċċata ta’ residenza kif ukoll fuq karozza li allegatament uża Galea biex jaħrab lill-klieb.

Ritratt: Times of Malta

Lura fl-2020, Galea kien tressaq il-Qorti akkużat bi qtil involontarju wara li l-klieb tiegħu attakkaw u qatlu lil nanntu fl-età ta’ 95 sena.

Skont ma’ qiegħed ikun irrappurtat jidher li kien għall-ħabta tas-1:30 a.m meta l-ġirien semgħu lil Galea jokrob għall-għajnuna, b’wieħed mill-klieb li deher imqabbad miegħu u ieħor li kien jidher maħrub fl-istess triq.

Fil-post kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali li kellhom jużaw trankwillizzant biex setgħu jikkontrollaw is-sitwazzjoni. 

Sport