Tuesday, May 14, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fil-Marsa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ traffikar tad-droga.

Ir-raġel kien innutat fi Ġnien Patri Feliċjan Bilocca, il-Marsa u xħin induna bil-preżenza tal-Pulizija huwa ħarab jiġri minn il-post.

Ir-raġel ġie arrestat fi ftit mumenti u fil-pussess tiegħu nstabu diversi qratas b’sustanzi suspettati droga sintetika u kannabis kif ukoll ammont ta’ flus.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport