Saturday, May 4, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslu sabiex ilbieraħ raġel ta’ 22 sena, residenti l-Furjana ġie arrestat b’rabta ma’ traffikar tad-droga kokaina.

Huwa ġie mwaqqaf ġewwa l-Pietà u nstab fil-pusses ta’ madwar 100 gramma sustanza suspettata kokaina, maqsuma f’diversi qratas. Wara li ġie arrestat, saret tfittxija fir-residenza tiegħu fejn flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti nstabet aktar sustanza suspettata kokaina.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Sport