Thursday, April 25, 2024

Raġel arrestat f’Ħal Għaxaq wara li ġrew warajh il-Pulizija

Aqra wkoll

Il-Pulizija arrestat ġuvni fuq suspett li kien involut f’serq ta’ affarijiet. 

Il-ġuvni kien arrestat fi Triq Dun Marcell Mallia f’Ħal Għaxaq wara li kien segwit minn skwadra speċjali tal-pulizija.

Jidher li l-ġuvni li kien qiegħed isuq vettura tal-għamla Mazda Demio, b’liema vettura jidher li ħabat f’vettura oħra waqt li kien qiegħed jiġi segwit mill-Pulizija.

Mal-arrest, il-Pulizija wettqet tfittxijiet fil-vettura li kien qiegħed isuq fejn ġew elevati numru ta’ affarijiet oħra.

Sport