Franċiż ta’ 25 sena ġie arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara ġranet ta’ investigazzjonijiet
b’rabta ma’ allegat feriment fuq raġel ieħor fi Triq il-Wilġa, San Ġiljan.
Il-każ seħħ il-Ħamis, 1 ta’ Ottubru, għall-ħabta tat-3:00 p.m., fejn il-Pulizija kienu nfurmati li ambulanza ġiet msejħa wara li Ingliż ta’ 22 sena ġarrab ġrieħi ħfief x’aktarx permezz
ta’ arma li taqta u bil-ponta.
Mill-investigazzjonijiet u analiżi ta’ diversi CCTV’s rriżulta li waqt li l-vittma kien miexi, persuna oħra
dehret toħroġ minn vettura, tavviċina l-vittma u wara ħarab minn fuq il-post. Il-Pulizija komplew blinvestigazzjoni, fejn kmieni ilbieraħ filgħodu l-allegat aggressur kien arrestat hekk kif kien se jipprova jaqbad titjira lejn l-Ingilterra.
Minn tfittxijiet li saru fil-bagalji tiegħu l-Pulizija elevat xi ħwejjeġ li kienu jaqblu mal-filmati tal-aggressjoni. Ir-raġel qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard llum, għall-ħabta ta’ 12:00 p.m., quddiem il-Maġistrat Dr Ingrid Bianco LL.D.

