Wednesday, October 7, 2026
Home Sport Tennis: Jannik Sinner barra għall-kumplament tal-istaġun

Tennis: Jannik Sinner barra għall-kumplament tal-istaġun

0
36

Jannik Sinner, in-numru wieħed tad-dinja, ikkonferma li se jitlef il-kumplament tal-istaġun 2026 minħabba injury fl-irkoppa. 

It-Taljan se jgħaddi minn kors ta’ kura għall-infjammazzjoni fl-irkoppa, bil-għan li jirkupra kompletament qabel jibda t-tħejjijiet għall-istaġun 2027. 

Sinner kellu sena eċċellenti, fejn rebaħ sitt trofej, fosthom Wimbledon, u rebaħ 44 mill-47 partita li lagħab. 

Huwa diġà tilef il-US Open u rtira miċ-China Open, u issa se jitlef ukoll il-Paris Masters, l-ATP Finals u l-finali tad-Davis Cup. 

Sinner bħalissa għandu 11,000 punt fil-klassifika, b’Alexander Zverev fit-tieni post b’9,720 punt. L-injury tista’ taffettwa wkoll il-pożizzjoni tiegħu bħala numru wieħed fid-dinja qabel jintemm l-istaġun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here