Monday, December 23, 2024

Raġel arrestat u ieħor imfittex wara serqa f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit arrestaw raġel ftit mumenti biss wara li allegatament wettaq serqa fi Triq Għajn Dwieli f’Raħal Ġdid.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12:45 p.m u mal-wasla tagħhom fil-post, il-Pulizija tar-RIU sabu mara li qaltilhom li kienet għadha kemm ġiet misruqa minn żewġ persuni.

Il-Pulizija bdew tfittxija għalihom u ftit wara, fl-istess akwati, lemħu wieħed mill-irġiel li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li ngħatat. Malli dan ra lill-Pulizija huwa ħarab jiġri, iżda ġie arrestat mill-ewwel. Saret tfittxija fuqu, fejn instabu affarijiet u dokumenti tal-vittma.

Ir-raġel ittieħed l-Għassa ta’ Raħal Ġdid għal aktar investigazzjonijiet, waqt li għaddejja tfittxija għall-persuna l-oħra involuta f’din is-serqa.

Ekonomija

Sport