Tuesday, May 14, 2024

Il-miżżewweġ frisk li ltaqa’ mal-Papa jżur lil Bjorn u jixtri pittura biex jgħin lill-fondazzjoni

Aqra wkoll

Ġimgħa biss ilu, għadd ta’ persuni kellhom l-unur li jgħidu li ngħataw il-barka mill-Papa Franġisku nnifsu waqt waqfiet fiż-żjara tiegħu f’pajjiżna.

Fost dawn kien hemm Bjorn Formosa kif ukoll Matthew; il-miżżewweġ frisk li hu u ħiereġ miċ-ċerimonja ngħata l-barka mill-qdusija tiegħu hekk kif dan tal-aħħar għamel sinjal lix-xufier biex jieqaf għal mument qasir biex jawgura lilu u lil martu f’dan il-jum tant speċjali.

Aktar kmieni Matthew u Bjorn iltaqgħu u qasmu l-esperjenzi tagħhom flimkien u biex jikkonfermaw is-sbuħija tal-valuri tal-poplu Malti, Matthew ħass li kellu jikkontribwixxi biex jgħin il-fondazzjoni li tgħin lill-persuni li jbatu mill-kundizzjoni tal-ALS billi jixtri waħda mill-pitturi li hemm bħalissa għall-bejgħ.

Kull min jixtieq jagħmel bħal Matthew jista’ jagħmel dan billi jżur www.maltagallery.art

Intant Bjorn ħeġġeġ lill-pubbliku biex jgħin ukoll billi jikkontribwixxi fl-attività li se tittella’ lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Għal aktar informazzjoni dwar dan żur https://www.facebook.com/events/508433460851334/508433470851333/?active_tab=about

Sport