Raġel ta’ 22 sena mill-Latvja qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum, għall-ħabta tas-13:00 p.m., b’rabta mal-importazzjoni tad-droga.
Ir-raġel twaqqaf hekk kif kien dieħel f’residenza f’Marsaskala. Minn tfittxija li saret fir-residenza wasslet biex jinstabu 6 kilos allegatament ħaxixa tal-kannabis. Huwa ġie arrestat ilbieraħ.
Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.