Wednesday, April 24, 2024

Raġel arrestat wara sejba ta’ droga f’appartament f’Marsalforn

Aqra wkoll

Libjan ta’ 33 sena qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga. Huwa ġie arrestat ilbieraħ waqt rejd li sar mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, f’appartament f’Marsalforn, Għawdex. 

Waqt tfittxija li saret ġewwa l-appartament, instab ammont ta’ droga ssuspettata ħaxixa tal-kannabis u kokaina.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana LL.D qed tmexxi Inkjesta Maġisterjali rigward dan il-każ. 

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex għada akkużat bil-pussess mhux għall-użu esklussiv tad-droga kannabis u kokaina.

Sport