Saturday, December 21, 2024

Raġel arrestat wara sparatura fl-Isla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija sabet l-arma, lembuba tal-ħadid, ammont ta’ flus kif ukoll il-balla tat-tir li ġie sparat

Raġel ta’ 29 sena qiegħed jinżamm arrestat b’rabta ma’ allegat sparatura li seħħet Ilbieraħ għall-ħabta tal-10:00 p.m fi Triq iż-Żewġ Mini fl-Isla.

Il-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru immedjatament fuq il- post fejn ġie kkonfermat ir-rapport u bdiet it-tfittxija għal persuna li allegatament sparat. Aktar tard il-persuna nstabet mill-Pulizija tad-Distrett u ġiet arrestata.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li nqala’ argument bejn ir-raġel u mara, bir-raġel allegatament spara lejn il-mara li għandha 23 sena li laħqet ħarbet mill-post u fortunatament ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Fl-istess triq, il-pulizija sabu l-vettura tal-għamla Mercedes, li kien qiegħed juża r-raġel u fiha nstabu l-arma tan-nar li allegatament saret l-isparatura biha, lembuba tal-ħadid u ammont sostanzjali ta’ flus kontanti. Fit-triq instabet ukoll il-balla tat-tir li ġie sparat.

Bil- każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia li ordna inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Ekonomija

Sport