Thursday, October 3, 2024

Raġel b’appell għall-għajnuna mill-pubbliku sabiex ikun jista’ jixtri vann ħalli jkun indipendenti 

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Carmelo Cassar qed jappella lill-pubbliku sabiex jgħinu lill-familja tiegħu, wara li kawża ta’ kundizzjoni li tissejjaħ Beckers Muscular Dystrophy spiċċa jiddependi minn fuq bintu u martu. L-istess kundizzjoni affetwatlu anke s-sewqan, minħabba li saqajh u idejh baqgħu jdgħajfu. Minħabba din ir-raġuni spiċċa ma jistax isuq u għalhekk qed jappella għall-għajnuna mill-pubbliku sabiex permezz tad-donazzjonijiet li jingħata, ikun jista jixtri vann utli għalih sabex ikun iktar indipendenti 

Fuq il-mezzi tal-midja soċjali, Carmelo spjega kif ġietu l-opportunità li jixtri vann li jkun jista’ jsuq minħabba li sidu miet u l-familjari tiegħu rieduh jneħħuħ. Sid il-vann kien xtara l-vann b’valur ta’ €150,000, hekk kif dan jiswa ħafna flus minħabba t-teknoloġiji. Semma li ma jridx jagħmel ħsara u jsemmi liema huma dawk l-NGO’s li għenuh u liema le għax jemmen fihom, hekk kif dawn tawh ħafna għajnuna madwar tliet sniin ilu, meta kellu bżonn jixtri wheelchair li jiswa kważi €10,000. 

Fl-istess messaġġ, Cassar qal; “Kieku għandi biex nixtrih kont naqbad u nixtrih u ma’ kontx nerġa nitlob l-għajnuna, imma lanqas jekk naħdem għomri kollu ma’ jirnexxieli nfaddalhom u loan ma’ nistax nieħu. Jekk jogħġobkom tistgħtu tgħinuni niġbor fondi għal dan il-vann biex nerġa nkun indipendenti u inkompli ngawdi l-familja għax lanqas noħroġ ma’ jien qiegħed jekk mhux għal bżonn biss u lanqas għax xogħol ma’ qiegħed immur għax qiegħed bi sick leave u aktarx anke mix-xogħol ser ikolli nitlaq u noħroġ boarded out jekk ma’ nsibx xogħol ieħor li jħaddmuni remote working mid-dar”

Temm jgħid li għamel il-kuraġġ u kiteb fuq il-midja soċjali għax jemmen li jista’ jingħata għajnuna mill-pubbliku. Għal dawk kollha li huma interessati li jagħtu donazzjoni, għandhom jagħmlu dan billi jibgħatu donazzjoni permezz ta’ Revolut jew BOV fuq in-numru; 99898280

Sport