Friday, December 20, 2024

Raġel bi ġieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 57 sena residenti Ħal Balzan weġġa’ gravi wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi in-Naxxar f’Birkikara.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel intlaqat minn Hyundai Accent, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 52 sena residenti n-Naxxar.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport