Sunday, December 29, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 68 sena residenti l-Marsa kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tat-7:45 a.m., weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Caligari f’Ħaż-Żabbar

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel weġġa’ wara li nqabad bejn Honda Jazz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar u Ford Focus li kienet ipparkjata.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport