Wednesday, September 9, 2026
Home Sport Simone Inzaghi viċin li jitkeċċa minn coach ta’ Al-Hilal

Simone Inzaghi viċin li jitkeċċa minn coach ta’ Al-Hilal

0
49

Simone Inzaghi, l-eks coach ta’ Inter, għaddej minn mument diffiċli fit-tmexxija ta’ Al-Hilal fis-Saudi Pro League. Il-kritika kontrih żdiedet wara telfa ta’ 2-0 f’darhom kontra Neom fit-tielet ġurnata tal-kampjonat. Din it-telfa temmet sensiela ta’ 47 partita uffiċjali mingħajr telfa għal Al-Hilal, b’35 rebħa u 12-il draw.

Inzaghi tilef ukoll l-ewwel partita tiegħu fil-kampjonat minn meta ngħaqad mal-club. Minkejja investiment enormi fis-suq tat-trasferimenti, ir-riżultati għadhom ma kkonvinċewx. Al-Hilal nefqu kważi €200 miljun fuq Gabriel Martinelli, Crysencio Summerville u Ollie Watkins, filwaqt li għandu wkoll players ta’ fama bħal Milinkovic-Savic, Koulibaly u Bounou.

Il-partitarji bdew jitilfu l-paċenzja u wara t-telfa kontra Neom u bdew jibbuwjaw u jsaffru lil Inzaghi, filwaqt li l-kant “Inzaghi out” sar popolari wkoll fuq il-midja soċjali.

Il-kritika ġiet ukoll minn Mohamed Al-Deayea, eks gowlkiper u ikona tal-football Sawdi. Huwa sostna li Inzaghi jista’ jżomm lill-club milli jirbaħ il-kampjonat jew iċ-Champions League Asjatika. Il-pressjoni fuq il-coach Taljan tista’ tikber aktar jekk Al-Hilal jerġgħu jispiċċaw mingħajr titli dan l-istaġun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here