Sunday, December 22, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 56 sena residenti r-Rabat Għawdex qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kapuċċini fir-Rabat Għawdex

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip
Nissan Almera, li kienet qed tinstaq mir-raġel ta’ 56 sena u karozza tat-tip Renault Megane misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija, li miegħu kellu wkoll passiġġiera ta’ 14 -il sena residenti Għajnsielem.

Is-sewwieq tan-Nissan, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.


Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ilbieraħ filgħaxija:

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-persuna li kellu jiddaħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hu raġel ta’ 56 sena residenti r-Rabat Għawdex. Hu kien qiegħed isuq karozza tat-tip Nissan.

Jirriżulta li n-Nissan kien ħiereġ minn Triq is-Sagħtar u pprova jdur biex jitla’ lejn iċ-ċentru tar-Rabat Għawdex. F’dak il-ħin kienet niżla karozza tat-tip Renault fid-direzzjoni ta’ Marsalforn fejn hemm seħħet il-ħabta.

Ir-Renault kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija u miegħu passiġġiera kien hemm tfajla ta’ 14-il sena residenti Għajnsielem. Il-ġuvni u t-tfajla ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tar-raġel li daħħal l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex s’issa għadha mhix magħrufa.

Mill-inqas persuna l-isptar wara ħabta fi triq ta’ Marsalforn f’Għawdex

Mill-inqas persuna kellha tittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tal-3.50pm seħħet ħabta bejn żewġ vetturi fi triq li mir-Rabat twasslek għal Marsalforn.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex kif ukoll il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-kundizzjoni tal-persuna li ddaħlet l-isptar s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija jinsabu fuq il-post u mill-ewwel bdew jinvestigaw il-każ.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Ekonomija

Sport