Raġel ta’ 34 sena residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30p.m fi Triq il-Wied fl-Iklin. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Somalu ta’ 34 sena residenti Birkirkara tilef il-kontroll ta’ Toyota Yaris li kien qed isuq u nqaleb. B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, żewġ vetturi li kienu pparkjati sofrew xi ħsarat.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.