Wednesday, July 17, 2024

Paul Pogba sospiż b’mod temporanju minħabba offiża tal-anti-doping

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Juventus Paul Pogba ġie sospiż provviżorjament milli jilgħab minħabba reat kontra d-doping.

It-tribunal nazzjonali tal-Italja kontra d-doping (NADO) qal li Pogba kellu test b’livelli elevati ta’ testosterone wara r-rebħa ta’ Juve ta’ 3-0 f’Udinese, fl-20 ta’ Awwissu.

L-internazzjonali Franċiż ta’ 30 sena kien sostitut mhux użat iżda ntgħażel għat-test tad-droga ta’ wara l-partita.

Jekk jinstab ħati ta’ doping, jista’ jiffaċċja sospensjoni ta’ bejn sentejn u erba’ snin.

Fi stqarrija Juventus qalu: “Juventus iħabbru li l-player tagħhom, Paul Pogba, irċieva ordni ta’ sospensjoni kawtelatorja mit-Tribunal Nazzjonali Kontra d-Doping wara r-riżultati tat-testijiet li saru fl-20 ta’ Awwissu, 2023.

“Il-club jirriserva d-dritt li jikkunsidra l-passi proċedurali li jmiss.”

Il-player Franċiż għandu tlett ijiem biex jipproduċi l-kontroanaliżi tar-riżultat lil NADO.

Ekonomija

Sport