Lando Norris kellu ċelebrazzjoni mhux tas-soltu wara r-rebħa tiegħu fil-Grand Prix tal-Brażil, meta ntlaqat minn xrar tal-logħob tan-nar waqt il-preżentazzjoni fuq il-podju f’Interlagos.
Is-sewwieq Ingliż tal-McLaren, li rebaħ it-tellieqa wara li beda mill-pole position, inqabad minn xrar li laħqu rasu waqt iċ-ċelebrazzjonijiet. Fortunatament, Norris ma sofra l-ebda injury.
Barra minn hekk, kellu problema oħra meta l-flixkun tax-xampanja li pprova jiftaħ, waqa’ mal-art inqasam f’biċċiet. Minkejja dawn l-inċidenti, Norris xorta seta’ jgawdi rebħa importanti fil-ġlieda għall-kampjonat.




