Thursday, April 16, 2026

Raġel bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Antnin, Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar, intlaqat minn Toyota Starlet misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar ukoll.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 54 sena għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport