Saturday, December 21, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li splodew xi murtali ħdejh fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena residenti l-Qrendi qed isofri ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:00 p.m, kien involut f’inċident fl-akwati tal-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienu splodew xi murtali ħdejn il-vittma. Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport