Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ sular f’sit ta’ kostruzzjoni

0
684

Raġel ta’ 51 sena, residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ wara li waqa’ minn għoli. 

Kienu għall-ħabta tas-2:30 p.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata permezz ta’ telefonata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Tabib J. Zammit, Ħal Balzan minħabba li kien waqa’ persuna. 

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel kien waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qed isiru xi xogħlijiet. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.