Wednesday, February 19, 2025

Raġel bi ġrieħi gravi wara li weġġa’ b’makkinarju li jaqta’ l-injam

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn assistenza f’garaxx fi Triq l-Isqof M.F. Buttigieg, in-Nadur.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li
ħaddiem ta’ 47 sena u residenti n-Nadur, sofra xi ġrieħi waqt li kien qed juża makkinarju li jaqta’ l-injam.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’ Għawdex, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Raġel se jinġieb l-Isptar Mater Dei b’ħelikopter wara li weġġa’ b’xi inġenji fin-Nadur

Raġel min-Nadur Għawdex weġġa’ waqt li ien qed jaħmel xi xogħlijiet b’serrieq.

Minn informazzjoni li għadu kif kiseb dan is-sit, jirriżulta li minħabba li l-ġrieħi li ġarrab se jinġieb l-Ispar Mater Dei għal kura meħtieġa.

Aktar informazzjoni malli taslilna

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport