Friday, December 13, 2024

Raġel bi ġrieħi serji wara li nstab mixħut fl-art

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-6.30a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Hookham Frere, Tal-Pietà minħabba li kien hemm persuna mixħuta fl-art. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u quddiem daħla ta’ garaxxijiet instab raġel, li aktar tard ġie identifikat li għandu 54 sena u residenti Tal-Pietà, b’xi ġrieħi.

Għaldaqstant, fuq il-post issejaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

 Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.

Ekonomija

Sport