Thursday, December 26, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Raġel ta’ 50 sena residenti Birżebbuġa, għall-3.15am, ittieħed l-Isptar Mater Dei meta kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qed isuq Maruti Gypsy meta għal xi raġuni huwa ħabat ma’ ħajt.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Gianella Camilleri Busuttil LL.D. li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport