Sunday, December 10, 2023

Uffiċjal ta’ TM bi ġrieħi gravi wara inċident f’Birkirkara

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, għall-habta tat-3.00am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza Toyota Yaris Cross misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar, Skoda Citigo misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Tas-Sliema u mutur BMW tal-Awtorità ta’ Transport Malta.

L-uffiċjal li kien qed isuq il-mutur, raġel ta’ 44 sena kien assistit minn tim mediku u ambulanza ħadithu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport