Monday, July 28, 2025

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabat rasu mal-blat f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30 a.m., il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm
bżonn l-assistenza max-Xatt Ta’ Xbiex.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 38 sena min-Nepal sab ruħu
f’diffikultà waqt li kien qed jgħum, wara li aktarx ħabat rasu mal-blat u sofra xi ġrieħi.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport