Friday, November 22, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li r-raġel li aktar kmieni llum kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Kevan Azzopardi LL.D filwaqt li investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Raġel jinqabad fil-karozza wara ħabta ma’ trakk f’Birżebbuġa

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar b’urġenza wara li għall-ħabta tat-3:10 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Truq Ħal Far f’Birżebbuġa. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Mazda 2 misjuqa mir-raġel u trakk tal-għamla MAN misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħad-Dingli.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew lir-raġel biex seta’ jinħareġ mill-karozza u sab jistennieh tim mediku li tah l-ewwel assistenza sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport