Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza tat-tip Toyota Ractis li kienet qed tinstaq minn Mara ta’ 61 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.