Friday, October 25, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far

Aqra wkoll

Raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Kirkop jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni ilbieraħ għall-ħabta tal-4:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far fil-Gudja

Minn stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Kia Sportage misjuqa mill-vittma u trakk talgħamla Iveco Trakker misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti Birżebbuġa.

Fuq il-post kien hemm diversi Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li assistew, sakemm raġel ittieħed lisptar b’ambulanza.

L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ: Uffiċjali joħorġu raġel li nqabad fil-vettura wara inċident fil-limiti ta’ Ħal Far

Raġel kellu jiddaħħal l-isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-4:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li r-raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Kirkop kien qiegħed isuq vettura tal-għamla KIA meta f’tentattiv li jevita biċċa inġenji li waqgħet minn fuq trakk huwa tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ilqugħ li hemm jifred il-karreġġjati.

Fuq il-post issejħu minnufih uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li taw l-ewwel assistenza lir-raġel hekk kif safa’ maqbud fil-vettura.

Issejħet ukoll ambulanza li permezz tagħha r-raġel seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

Issejħu wkoll uffiċjali minn Transport Malta u mil-LESA li qegħdin jikkontrollaw it-traffiku.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport