Raġel ta’ 37 sena mill-Pakistan, iżda residenti tas-Sliema jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tas-7.20am intlaqt minn karozza.
Il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ fi Triq Sir Anthony Mamo, Birkirkara. Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li l-Pakistani ntlaqat minn karozza Hyundai Tuscon, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 58 sena residenti n-Naxxar.
Ir-raġel ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.