Monday, May 20, 2024

Iżrael tgħaddi għall-finali tal-Eurovision minkejja l-protesti

Aqra wkoll

Il-kantanta Iżraeljana Eden Golan ikkwalifikat għall-finali tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, wara li ġabet ammont sostanzjali ta’ voti mill-pubbliku.

Dan ir-riżultat pożittiv kemm għall-kantanta nnifisha, kif ukoll għall-isem pajjżha wasal ftit tas-sigħat wara li eluf ta’ dimostrant favur il-Palesina, nġabru fit-toroq ta’ Malmö, fejn qed isir il-konkors, biex juru l-appoġġ tagħhom għal Gaża.

Midja internazzjonali rrapurtat ukoll li kemm waqt il-provi tal-lbies, kif ukoll waqt is-semi finali tal-Ħamis, uħud mill-udjenza li kienet preżenti tara l-konkors kienu qed jikkummentaw negattiv waqt li kienet qed tkanta.

F’kumment li tat wara li tħabbru r-riżultati, il-kantanta qalet li tinsab emozzjonatha ħafna. Spjegat kif huwa tassew unur għaliha li tkun fuq il-palk,tirrappreżenta lil Iżrael.

Hija temmet tgħid li tinsab grata ħafna għal kull min ivvota lilha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport