Sunday, December 29, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuqu ammont ta’ madum f’Ta’ Kerċem

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-7:30 a.m., kien involut f’inċident fi Triq Ġuzè Flores, f’Ta’ Kerċem, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 25 sena mix-Xewkija weġġa’ wara li waqa’ fuqu ammont ta’ madum li kien qed jittella’ f’residenza.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport