Feras Altalas, Sirjan ta’ 29 sena iżda residenti Ħaż-Żebbuġ ġie kkundannat erba’ xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammetta li sar mingħajr liċenzja tas-sewqan valida u meta ma kienx kopert b’polza tal-assikurazzjoni.
Quddiem il-Maġistrat Nadia Helena Vella, l-imputat ammetta li wettaq dan ir-reat fl-24 ta’ Awwissu meta kien twaqqaf mill-pulizija waqt spezzjonijiet li kienu qegħdin isiru fit-toroq ta’ Santa Venera.
Il-Prosekuzzjoni qalet li Altalas kien diġà tressaq il-Qorti akkużat b’akkużi simili u għalhekk hu sar reċediv.
Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Ian Vella talbet biex jingħata sentenza sospiża. Il-Maġistrat Vella laqgħet it-talba u kkundannatu erba’ xhur ħabs sospiżi kif ukoll multa ta’ €2,454.